Is-Sit ta’ Luke Collins
Jien jisimni Luke Collins, bħalissa qiegħed visiting lecturer tal-matematika fl-Università ta’ Malta, u qed nagħmel id-dottorat f’UCL ġewwa Londra bħala student tal-Heilbronn Institute, taħt is-superviżjoni ta’ Alexey Pokrovskiy u Shoham Letzter.
Iggradwajt mill-Università ta’ Malta b’baċellerat tal-ogħla klassi fil-matematika u x-xjenza tal-informatika, u komplejt l-istudji tiegħi fl-Ingilterra, fejn għamilt Master’s fil-matematika l-Università ta’ Warwick u ggradwajt b’Distinction. L-iżjed oqsma tar-riċerka li jinteressawni fil-matematika huma t-teorija tal-grafi, il-kombinatorika, u t-teorija tan-numri. Riċentament, waqqaft mill-ġdid is-Soċjetà Maltija tal-Matematika, u mmexxiha flimkien ma’ grupp dedikat ta’ studenti tal-Università ta’ Malta.
Lil hinn mill-akkademja, kont naħdem mas-Simply VC, kumpanija li tispeċjalizza fit-teknoloġija tal-blockchain, u apparti minn hekk, jiena wieħed mill-fundaturi tal-kumpanija teknoloġika LearnD. Fil-ħin liberu tiegħi, inħobb nisma’ l-mużika klassika, indoqq il-pjanu, nagħmel hacking b’mod etiku, u nipprattika l-jiu-jitsu Brażiljan. Inħobb naqra fuq l-istorja, il-politka, it-teoloġija u l-filosofija.
Ma tantx nuża medja soċjali—jekk trid tkellimni ibgħatli fuq l-indirizz elettroniku luke (at) collins (dot) mt. Jiena membru u nappoġġja l-Free Software Foundation, moviment li jadvoka għad-dritt tal-utent ta’ kompjuter li jħares lejn il-code tal-programmi li jeżegwixxi fuq il-magna tiegħu. Personalment nuża Arch Linux, u dejjem nuża programmi ħielsa fejn possibbli.
Riċerka
L-interessi tiegħi tar-riċerka jaqgħu primarjament fl-oqsma tal-kombinatorika, it-teorija tal-grafi u t-teorija tan-numri.
Publikazzjonijiet
In-numru Erdős tiegħi huwa ⩽ 3 permezz tas-sekwenza ta’ kollaborazzjonijiet: L. Collins (jien) → I. Sciriha → C. Godsil → P. Erdős.
- Luke Collins & Irene Sciriha. The Walks and CDCs of Graphs with the Same Main Eigenspace. Discussiones Mathematiæ Graph Theory 43(2) (2023),
doi:10.7151/dmgt.2386
. - Luke Collins. The Ternary Goldbach Conjecture. Teżi tal-Master’s fil-Matematika (2020), Università ta’ Warwick, UK.
- Luke Collins. On Walks and Canonical Double Coverings of Graphs with the Same Main Eigenspace. Teżi tal-Baċċellerat fil-Matematika (2019), Università ta’ Malta, Malta.
- Luke Collins. Synthesising Safety Runtime Enforcement Monitors for μHML. Teżi tal-Baċċellerat fix-Xjenza Informatika (2019), Università ta’ Malta, Malta.
- Luke Collins & Irene Sciriha. Two-graphs and NSSDs: An Algebraic Approach. Discrete Applied Mathematics (2018), 266, pp. 92–102,
doi:10.1016/j.dam.2018.05.003
.
Passiġati u s-CDC
Riċentament, qed nagħmel xi ftit riċerka mhux ħażin relatata ma’ passiġġati, u oġġett imsejjaħ il-canonical double cover (CDC) ta’ graf. Tista’ taqra iktar fuq dir-riċerka hawnhekk.
Tagħlim
Nagħti xi korsijiet fl-Università ta’ Malta. Hawnhekk tista’ ssib noti u riżorsi oħra marbuta ma’ dawn il-korsijiet.
Noti u Eżerċizzji
Dokumenti li għadhom mingħajr ħolqa jew għandhom in-numru tal-verżjoni < 1.0 għadhom mhux finalizzati.
- Korsijiet li qed ngħallem dis-sena fl-Università ta’ Malta: Korsijiet li tajt fil-passat: CHE1215, CHE1217 u TET1013.
- Kors tal-LaTeX li tajt id-Doctoral School
- Kors fuq l-algoritmi f’livell ta’ Master’s li tajt fl-IDEA Academy:
- Dwar il-Kors | Noti PDF (silta)
- Il-booklet tal-MASTEC: A4 | A5 (għall-istampar).
- Lista kompluta tat-teoremi tal-ġometrija għal-livell ordinarju.
Privat
Kultant nagħti lezzjonijiet tal-privat, ta’ kull m’għandu x’jaqsam mal-matematika jew max-xjenza tal-informatika. Jekk trid li ntik xi lezzjonijiet tal-privat, ikkutattjani fuq luke (at) collins (dot) mt.
Mixxellanji
- Hawnhekk tista’ tara x’inhu l-effett ta’ matriċi fuq stampa: matrix visualiser.
- Hawnhekk tista’ tpenġi grafi tal-awtomati: automaton designer.
- Hawnhekk tista’ tiġġenera truth tables: truth table generator.
Proġetti Oħrajn
Programmi tal-Kompjuter
Ktibt bosta programmi tul is-snin, fosthom:- logħba multiplayer tas-sriep miktuba bis-C,
- logħba multiplayer bil-madumiet miktuba bil-Java,
- kompilatur għal-lingwa żgħira li hija Turing complete miktuba bis-C++,
- parser u normalizzatur għall-formuli loġiċi tal-SHML, miktuba bil-Haskell.